Dixx tal-forn Oven dish

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal DIXX TAL-FORN għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel l-idejn jieħdu l-forma ta’ 5 bil-pala tħares ’il fuq u jimxu min-nofs lejn il-ġnub imbagħad iduru u jitilgħu ftit ’il fuq u jerġgħu jduru lejn xulxin waqt li jinbidlu fil-forma ta’ A u l-id waħda tolqot il-ġenb tal-id l-oħra bil-polz. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal FORN biż-żewġ idejn livell tal-qadd jieħdu l-forma ta’ 5 bil-pala tħares ’il fuq. L-idejn jimxu ’il quddiem.

The sign for OVEN DISH has two parts. (i) First both hands take the shape of 5 with palms facing upwards and move from the middle towards the sides, then turn and move up a little and turn again towards each other as they change to the A shape and one hand hist the side of the other hand with the wrist. (ii) Then the sign for OVEN is made with both hands at waist level. The hands take the shape of 5 with palms facing forward and move forward.